Laboratorju

Il-laboratorju tar-riċerka fi ħdan id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni twaqqaf fl-2019 bil-għan li tinħoloq data xjentifika li tista’ tinforma d-deċiżjonijiet ta’ intervent. Materjali inklużi ġebel u mehrież, minn siti storiċi eżistenti kif ukoll dawk proposti ġodda, huma t-tnejn studjati, b’ enfasi primarja fuq il-proprjetajiet fiżiċi tagħhom. Il-laboratorju huwa ddedikat għall-istudju ta’ materjali li jiffurmaw parti mill-proġetti ta’ restawr tiegħu u jistinka biex jippromwovi l-kompatibilità bejn il-qodma u l-ġodda. Il-laboratorju għandu l-għan li jiggwida d-deċiżjonijiet, matul il-proċess ta’ intervent u jaħdem biex jibni għarfien ġdid permezz tad-database tiegħu li dejjem qed tikber.