DIRETTUR ĠENERALI

Perit Norbert Gatt

BE & A (Hons); Dip. Speċ. Restauro dei Monumenti (Ruma)

Direttur Ġenerali

Norbert Gatt huwa Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali minn Mejju 2023. Huwa ggradwa bħala Perit mill-Università ta’ Malta fl-1992, u kompla jispeċjalizza fir-Restawr ta’ Monumenti Arkitettoniċi f’La Sapienza. f’Ruma, temm l-istudji tiegħu fl-1996. Minn dakinhar ilu attiv ħafna fix-xena tar-restawr tal-arkitettura f’Malta, u kien involut direttament fit-twaqqif tar-Restoration Unit fl-1997. Il-Perit Gatt bħalissa huwa Membru tal-Kumitat Tekniku Nazzjonali tal-Wirt Dinji; il-Kunsill Nazzjonali għall-Wirt Kulturali; u l-Bord tal- Warrants – Konservaturi u Resturaturi.