Restawr tan-Niċċa ta’ San Pawl – Ħal Għargħur

 

Restawr tan-Niċċa ta’ San Pawl, Ħal Għargħur

Hemm diversi niċeċ  iddedikati lil San Pawl f’Ħal Għargħur. Waħda mill-aktar li tiġbed l-għajn tinsab f’Misraħ il-Knisja, fit-tarf ta’ Triq Mons. Luigi Catania. Din in-niċċa, għolja disa’ filati li tinsab fuq faċċata ta’ dar privata fil-pjazza tar-raħal, hija mżejna b’dettall barokk. Tinkludi arzella, imdawra b’pilastri b’kapitelli Doriċi, li jistrieħu fuq ġwarniċun wiesa’ mżejjen b’motivi ta’ weraq. L-istatwa ta’ San Pawl issegwi l-istil tal-istatwa famuża fil-Belt Valletta attribwita lil Melchiorre Gafa.1 Għalkemm l-iskultur u d-data ta’ dan il-monument mhumiex magħrufa, l-istoriku L. Wettinger (1991)2 jinnota li n-niċċa nbniet flimkien mal-faċċata biswit lejn l-aħħar tas-seklu dsatax.3 4

In-niċċa ta’ San Pawl, il-Għargħur, qabel u wara ir-restawr.

 

 

 

Il-Proċess tar-Restawr

Ir-restawr beda b’testijiet preliminari fuq partijiet moħbija tan-niċċa u tal-istatwa, billi sar tindif manwali delikat biex jiġi żgurat li l-metodu kien sigur qabel ma jintuża fuq il-monument kollu. Ladarba dan il-metodu wera li huwa effettiv, it-tniġġis u t-tkabbir bijoloġiku tneħħew bl-użu ta’ xkupilji niexfa tan-najlon u de-iodised water. Fili bis-siment ġew imnaddfa u mkaħħla mill-ġdid b’materjal ibażżat fuq il-ġir. Kull traċċa ta’ żebgħa ġiet imnaddfa bir-reqqa.

Referenzi:

  1. Calleja C, (2011) The Influence of Melchiorre Cafa’s St. Paul and the Virgin of the Rosary on Maltese Baroque Sculpture. Page 17. [Unpublished Masters Dissertation. University of Malta].
  2. Wettinger, L. (1991). Nicec F’Hal-Gharghur. In Excelsior (pp. 18-19).
  3. Bezzina, J. (2009). Hal Gharghur, Ir-Rahal fuq L-Gholja, Erba’ mixjiet f’rahal li Jsahhrek. Gharghur.
  4. Terribile, T. (1997). Nicec u statwi fit-toroq tal-Gharghur.