Restawr tan-Niċċa ta’ San Ġużepp, fl-Imqabba
Din in-niċċa ċirkulari, iddedikata lil San Ġużepp, tinsab fuq il-faccata ta’ dar fi Triq San Bazilju. In-niċċa ta’ San Ġużepp hija attribwita lil Pawl Xwiereb fl-1870, peress li ċertu Baskal Xwiereb jiftakar lil Pawl jagħmel id-disinn tan-niċċa.¹ Is-sidien tal-proprjetà li fiha tinsab in-niċċa mhumiex ċerti jekk in-niċċa kinitx miżbugħa jew le.²
Il-Proċess ta’ Restawr
Sar tindif tal-mikro-organizmi bijoloġici. Saru testijiet ta’ tindif biex jiġi identifikat il-metodu l-aktar effiċjenti u l-inqas invażiv li kellu jintuża. It-tindif sar l-aktar b’mod mekkaniku, bl-użu ta’ ilma nadif u xkupilji tan-nylon. Fuq depożiti aktar reżistenti, bħal kisi ta’ żebgħa li kienet qed titqaxxar, kienu meħtieġa għodod oħra għat-tindif—bħal xfafar kirurġiċi.. Wara li tneħħiet iż-żebgħa li kienet qed titqaxxar u saru t-tiswijiet meħtieġa bil-plastic repair, ġiet applikata velatura (tibjida ħafifa ta’ ġir ) trasparenti biex tipproteġi l-wiċċ tal-ġebla.
Referenzi
1. Farrugia, G. (1999). Storja tan-niċeċ fl – Imqabba.
2. Ibid.