Restawr tal-Kappella ta’ Santu Rokku, Ċimiterju ta’ Wied Għammieq, Kalkara
Wieqfa fiċ-ċimiterju ta’ Wied Għammieq fil-Kalkara, il-kappella ta’ Santu Rokku hija riżultat ta’ storja li bdew kważi żewġ sekli ilu meta Malta intlaqtet minn waħda mill-aktar epidemija qattiela fl-istorja tagħha. L-oriġini tal-knisja u taċ-ċimiterju jibdew mill-epidemija tal-kolera fl-1837 u mid-devozzjoni li żviluppat aktar tard għal dawk midfunin f’Wied Għammieq. L-epidemija tal-kolera li laqtet lil Malta f’Ġunju tal-1837 kienet parti mil L-ewwel pandemija globali tal-kolera oriġinat f’Jessore, l-Indja, fl-1817. 1 Sa 1829, il-kolera nfirxet gradwalment madwar l-Asja u l-Ewropa, waslet sal-fruntiera tas-Siberja u infettat miljuni ta’ persuni qabel ma waslet Malta f’ Ġunju 1837. Dr Salvatore Axisa identifika l-ewwel każijiet lokali fl-Ospizio (istituzzjoni ta’ karità li ġiet stabbilita’ fl-1785 għall-akkomodazzjoni ta’ anzjani, tfajliet foqra, persuni jbatu minn mard mentali u priġunieri nisa2) fil-Furjana meta eżamina żewġ residenti anzjani li kienu qed ibatu minn rimettar qawwi, dijarrea, bukgħawwieġ, ġilda kiesħa u ta’ lewn ikħal, nuqqas ta’ awrina u kollass ċirkolatorju (falliment f’daqqa taċ-ċirkolazzjoni tad-demm fil-ġisem). 3 Hu għaraf dawn is-sintomi bħala dawk tal-kolera Ażjatika u minnufih wissa lill-awtoritajiet tas-saħħa. Għalkemm id-dijanjożi tiegħu kienet appoġġjata minn diversi tobba Maltin, nuqqas ta’ qbil bejn l-esperti mediċi wassal għal dewmien biex tiġi kkonfermata il-preżenza tal-marda.
Ladarba d-dijanjosi ġiet ikkonfermata, l-awtoritajiet ordnaw l-evakwazzjoni tal-Ospizio. Fl-14 ta’ Ġunju 1837, 750 residenti tmexxew lejn Forti Rikażli fil-Kalkara, peress li kien maħsub li l-kundizzjonijiet fl-istituzzjoni setgħu kkontribwew għat-tifqigħa tal-marda. 4
Bejn Ġunju u Ottubru tal-1837, l-epidemija tal-kolera, ħasdet aktar minn 4,000 ruħ f’Malta u Għawdex. Ħafna mill-anzjani li mietu f’Forti Rikażli ndifnu f’għalqa f’Wied Għammieq. Jingħad li hemmhekk indifnu 855 vittma tal-kolera.
Xogħlijiet ta’ restawr
Ix-xogħlijiet ta’ restawr inkludew it-tindif tal-faċċata prinċipali permezz ta’ dry brushing sabiex jitneħħa materjal laxk u depożiti superfiċjali, segwit mill-applikazzjoni ta’ poultices biex jitnaqqas l-livelli ta’ melħ fil-ġebel, b’mod partikolari fil-partijiet ta’ fuq tal-istruttura. Ġebel iddeterjorat ġie irrestawrat permezz ta’ plastic repair, filwaqt li elementi tal-ġebel li nqalgħu
ġew ikkonsolidati b’carbon-fibre dowels issudati bl-epoxy resin. Il-fili ġew imnaddfa u mimlija mill-ġdid bl-użu ta’ taħlita kompatibbli bbażata fuq il-ġir. Saru wkoll xogħlijiet fuq ġewwa tal-kappella, inkluż tiswijiet fis-saqaf tal-konkos. Veġetazzjoni invażiva tneħħiet b’attenzjoni wkoll mill-kappella u ċ-ċimiterju. Barra minn hekk, twettqu xogħlijiet ta’ restawr fuq il-bejt u fuq il-ħitan tal-konkos fuq barra mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni. Ix-xogħlijiet twettqu fl-2016, b’manutenzjoni ulterjuri li saret fl-2024.
Referenzi
- Pisani, S. (1970). The Malta cholera epidemic in 1837. The St. Luke`s Hospital Gazette, 5(2).
- Sciberras, S. (2014). L-Ospizju tal-Furjana fi zmien l-Ordni. Festa San Publju [Floriana] 2014.
- Pisani, S. (1970).
- Bonniċi, A. (1975, November 1). L-erwieħ ta’ Wied Għammieq. Leħen is-Sewwa. Is-Sibt, 1 ta’ Novembru 1975.
- Bonniċi, A. (1975, November 1).
- J.M. (1988) Il-Kalkara 90 sena parroċċa, ‘Festa ta’ San Ġużepp, Kalkara, 1988.
- Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja (Kalkara, Malta), Bugeja, J., Debono, A. (2007) 170 sena ilu : ċimiterju ta’ Wied Għammieq, ‘170 sena ilu : ċimiterju ta’ Wied Għammieq’, p. 31
- J.M. (1988) Il-Kalkara 90 sena parroċċa, ‘Festa ta’ San Ġużepp, Kalkara, 1988.