Restawr tan-Niċċa ta’ San Bartilmew – Ħal Għargħur
In-niċeċ fit-toroq għadek tista’ ssibhom madwar Malta, speċjalment fiċ-ċentri storiċi tal-irħula. Ġeneralment mibnijin bħala att ta’ devozzjoni minn individwi u ta’ spiss ikunu integrati mal-binjiet residenzjali, in-niċċeċ saru sinjali dejjiema tal-wirt reliġjuż Malti u jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-identità kulturali tal-bliet u l-irħula.
F’Ħal Għargħur waħda minn dawn in-niċeċ hija ddedikata lil San Bartilmew, il-qaddis patrun tal-parroċċa. Din tinsab f’Misraħ il-Knisja, fit-tarf ta’ Triq Mons Luigi Catania u hi mibnija ma residenza privata tas-seklu tmintax fil-qalba tal-pjazza. Ma din-niċċa, li titla’ għal għoli ta’ madwar għaxar filati, tidher minquxa is-sena 1876, għalkemm id-data eżatta tal-kostruzzjoni u l-iskultur tagħha mhumiex magħrufa. F’dawn l-aħħar snin l-istatwa sofriet ħsarat, għalkemm ritratti antiki pprovdew informazzjoni fun il-karatteristiċi originali tagħha. 1 2
Il-Proċess ta’ Restawr
Il-konservazzjoni bdiet b’metodi ta’ testijiet u tindif fuq partijiet żgħar biex jiġi żgurat li l-metodi huma siguri. Siment u kisi li kienu qed jagħmlu ħsara tneħħew b’attenzjoni, filwaqt li tkabbir bioloġiku u ħmieġ ieħor tneħħa bl-użu ta’ nylon brushes u de-ionised water. Ġebel ġie mibdul fejn kien meħtieġ, tiswijiet saru bil-plastic repair ibbażat fuq il-ġir, u partijiet dgħajfa ssaħħu b’ epoxy resin u bil-carbon fibre rods. Ġiet applikata protezzjoni kontra l-ilma fun uċuh orizzontali. Parti minn ras il-qaddis instabet wara l-istatwa u l-parti li kienet nieqsa reġgħet inbniet bil-plastic repair ibbażata fuq informazzjoni mir-ritratti storiċi.
Referenzi:
- Bezzina, J. (2009). Ħal Għargħur, Ir-Raħal fuq L-Għolja, Erba’ mixjiet f’raħal li Jsaħħrek. Għargħur.
- Terribile, T. (1997). Niċeċ u statwi fit-toroq tal-Għargħur. In San Bartilimew – Għargħur (pp. 17-19). Għargħur.