L-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr toffri appoġġ finanzjarju għat-tiswija u l-konservazzjoni ta’ proprjetà kulturali immobbli, li jinkludu artali, dekorazzjoni arkitettonika, kif ukoll pittura, fi ħdan knejjes Parrokkjali taħt l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex. Biex il-proprjetajiet ikunu eliġibbli jridu jissodisfaw il-kriterji tal-wirt kulturali u jkollhom mill-inqas 50 sena. Dan skont l-Att dwar il-Wirt Kulturali ta’ Malta. L-applikazzjonijiet huma miftuħa għal:
Organizzazzjonijiet kulturali, bħal każini tal-baned, assoċjazzjonijiet, u fondazzjonijiet, li rreġistraw bħala Organizzazzjonijiet Volontarji f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Organizzazzjonijiet Volontarji Rreġistrati li jippromwovu u jippreservaw il-wirt kulturali (kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli) f’lokalità jew reġjun f’Malta u Għawdex.