FAQs
Id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, li jopera taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, huwa fdat bl-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ interventi ta’ restawr, riabilitazzjoni u konservazzjoni fuq bini storiku, primarjament proprjetà pubblika. Għandu rwol ċentrali fejn tidħol is-salvagwardja tal-wirt kulturali ta’ Malta.
Id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni jiffoka l-isforzi tiegħu fuq firxa wisgħa ta’ bini u siti storiċi, inklużi palazzi, knejjes, fortifikazzjonijiet, u postijiet oħra li huma punti ta’ referenza u ta’ sinifikanza storika. Dawn l-istrutturi għandhom importanza arkitettonika jew storika u huma kulturalment importanti għal Malta.
Le, id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni ma jipprovdix assistenza jew konsultazzjoni speċjalizzata lil individwi privati rigward il-proprjetajiet tagħhom.
Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali (MHAL) joffri skema annwali biex jgħin lill-Kunsilli Lokali fir-restawr ta’ bini u monumenti immobbli oħra ta’ valur storiku u/jew artistiku fiż-żoni li huma responsabbli minnhom. L-applikazzjonijiet għal din l-iskema huma amministrati mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. Dawk interessati huma mħeġġa jikkuntattjaw lill-Kunsilli Lokali rispettivi tagħhom għal informazzjoni dwar sejħa għall-applikazzjonijiet, biex b’hekk jiżguraw l-aderenza mal-Kriterji ta’ Eliġibbiltà tal-iskema.
Rapporti dwar siti ta’ wirt li potenzjalment huma perikolużi għandhom jitressqu fl-eqreb Għassa tal-Pulizija. Il-Pulizija mbagħad tqabbad lill-Perit responsabbli mill-istrutturi perikolużi fl-inħawi biex jevalwa s-sitwazzjoni u jiddetermina jekk hemmx xi tip ta’ periklu. Sussegwentement, jekk ikun meħtieġ, il-Pulizija tista’ toħroġ ordnijiet għall-għeluq tat-toroq.
Għal mistoqsijiet dwar opportunitajiet ta’ apprendistat, jekk jogħġbok ibgħat email lil [email protected].